Lokali

Il-Labour iwiegħed, jerġa’ jwiegħed u jibqa’ ma jwettaqx

Ix-xejra tal-Gvern Laburista li b’ħafna pompa u propoganda jwiegħed ħafna u ma jwettaq kważi xejn kompliet anke bil-proġett tat-tisqif ta’ Triq Reġjonali f’Santa Venera.

Kien fl-2019 meta l-Ministru Jose Herrera permezz ta’ post fuq il-media soċjali kien saħaq li l-Gvern kien qed jalloka l-fondi biex dan il-proġett isir.

Issa, fl-aħħar jiem, il-Ministru Aaron Farrugia, probabilment mingħajr ma jaf, inkixef u kixef lill-Partit Laburista li fl-2019 kien qed iqarraq bin-nies meta qal li dan il-proġett kien fi stadju avvanzat. Dan meta Farrugia qal li l-Gvern għadu qed jesplora l-finanzjament – esplorazzjoni li jidher li ilha għaddejja mill-2019.

Tefa’ dawl fuq din il-gidba tal-Partit Laburista l-Kandidat tal-PN Darren Carabott permezz ta’ post fuq Facebook fejn fakkar x’kien qal Jose Herrera ftit tas-snin ilu u dak li qal Aaron farrugia fl-aħħar ħin. Carabott fakkar kif qalulna li fadal sena biex jissaqqfu l-mini u qal: “fil-frattemp għadni qed nistenna li tippreżentaw il-pjanti tal-proġett għax lanqas dawk għadhom ma saru.