Ambjent Lokali

Il-Ministru jħalli barra lill-Oppożizzjoni

Għalkemm sar l-appelli biex bħala pajjiż naħdmu id f’id, il-Gvern naqas milli jistieden lill-Oppożizzjoni ghall-Konferenza dwar it-tibdil fil-klima.

Mhux talli hekk, talli għal domandi ta’ Net News dwar dan, il-Ministru Aaron Farrugia qalilna li stieden lill-Oppożizzjoni bil-kelliem tal-PN għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Robert Cutajar jikkonferma ma’ Net News li l-PN ma ġiex mistieden għal din il-konferenza.

Intant, meta saqsjena lill-Ministru fuq il-fatt li l-Gvern Laburista naqas milli jwettaq politika serja dwar it-tibdil fil-klima, hu stess spiċċa jammetti li l-ħidma bdiet is-sena li għaddiet.

Dan ifisser li l-Gvern Laburista hela 7 snin sħaħ sakemm beda jipprova jagħmel xi ħaġa fuq din il-kwistjoni tant importanti li tolqot lill-ġenerazzjoni preżenti u dawk futuri.