Futbol Sport

Imut Walter Smith, eks coach ta’ Rangers, Everton u l-Iskozja

Tħabbret il-mewt ta’ Walter Smith fl-età ta’ 73 sena. Smith matul il-karriera tiegħu mexxa lil Rangers, Everton u l-Iskozja, fejn fost l-oħrajn ma’ Rangers rebaħ 21 trofew fejn sar it-tieni l-aqwa coach ta’ Rangers.

Smith għen lil Rangers jirbħu seba’ mid-disa’ titli konsekuttivi li l-klabb kien rebaħ fis-snin disgħin. Smith kien ukoll kowċ ta’ Everton għal erba’ snin u għamel ukoll sentejn kowċ tal-Iskozja. Fit-tieni esperjenza tiegħu ma’ Rangers, Smith rebħa tliet titli oħra kien ukoll wassal lil Rangers sal-finali tal-UEFA Cup fl-2008.

Kienu bosta dawk li kitbu fuq il-midja soċjali wara li tħabbret il-mewt ta’ Walter Smith, fejn urew is-sogħba tagħhom għall-mewt tiegħu.