Ir-Renju Unit se jkun qed japplika biex jikseb id-dritt li jospita t-tluq tat-Tour de France tal-2026, dan wara li aktar qabel l-istess pajjiż applika biex jospita t-Tazza tad-Dinja tar-Rugby tan-Nisa tal-2025.
Ir-Renju Unit mistenni jallokka £30 miljun għal dawn iż-żewġ avvenimenti. L-aħħar darba li t-Tour de France beda mir-Renju Unit kien fl-2014. Is-Segretarju tal-Kultutra tal-Ingilterra Nadine Dorries qalet li dawn iż-żewġ avvenimenti se jkunu qed jagħtu ċans lill-poplu Ingliż sabiex jsegwu avvenimenti ta’ importanza mondjali. Ir-Renju Unit mistenni wkoll tapplika sabiex tospita t-Tazza tad-Dinja tal-2030.
//= $special ?>