Lokali

Isejħu strike minħabba li l-ftehim kollettiv mal-Gvern ilu skadut tliet snin

Bħalissa, Allied Health Assistants jinsabu għaddejjin bi strike fid-dawl li l-ftehim kollettiv li kien sar mal-Gvern ilu skadut tliet snin.

Kelliema għall-UĦM Voice of the Workers, Annalise Casha kkonfermat dan ma’ Net News fejn qalet li dan l-istrike se jibqa’ għaddej sakemm il-Gvern jagħtihom widen. Casha qaltilna li l-Gvern qed jirrifjuta li jinnegozja ftehim kollettiv ġdid.

Dan l-istrike, li hu mifrux f’diversi sptarijiet, fosthom l-Isptar Mater Dei, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, qed iwassal biex il-professjonisti mhux ikollhom min jassistuhom f’ċertu xogħolijiet. Dan qed iwassal biex l-appuntamenti tal-pubbliku qed jaqgħu lura hekk kif ix-xogħol qed jaqa’ fuq il-professjonisti.