Futbol Sport

It-tim Malti ta’ taħt id-19-il sena b’telfa minima kontra l-Ġorġja

(Ritratt: Stephen Gatt)

Malta………………………0

Ġorġja…………………….1

Malta: G. D’Antuono, T. Falzon, M. Cachia, E. Ciantar, K. Willis, M. Lucia, M. Fenech, A.Gatt, R. Borg, I. Farrugia, M. Cardona

Ġorġja: E. Tabagari, A. Dzakzua, N. Jgushia, E. Enijbadze, M. Bebia, M. Modrekiladze, L. Mtskerashvili, E. Kakhniashvili, E. Sulashvili, T. Svanidze, M. Kapanadze

Referee: E. Rusta

Fl-aħħar partita mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta’ taħt id-19-il sena, it-tim Malti tilef 1-0 kontra l-Ġorġja. It-tim Malti kien tilef ukoll l-ewwel żewġ partiti minkejja li fil-partiti kollha l-player Maltin wrew wirjiet qalbiena.

Il-gowl deċiżiv f’din il-partita wasal ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima meta wara kontrattakk veloċi, kienet Eter Sulashvili li b’xutt fil-baxx għelbet lil D’Antuono. Il-Maltin pruvaw iwettqu reazzjoni iżda x-xutt ta’ Ileana Farrugia għadda għoli biex fis-70 minuta il-goalkeeper tal-Ġorġja ċaħħdet lil Maya Lucia milli tikseb il-gowl tad-draw għal Malta.