Lokali Parlament

Jeħtieġ isiru studji dwar l-aspett soċjali fil-lokalitajiet

Robert Cutajar, PN

Il-Whip talGgrupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar appella biex isiru studji dwar l-apsett soċjali fil-lokalitajiet.

Fil-parlament Robert Cutajar qal li l-kunsilli lokali jixirqilhom aħjar għaliex l-iskop ewlieni meta nħolqu kien li dawn jingħataw iktar poteri fil-lokalitajiet. Hu sostna li Infrastructure Malta twaqqfet propju biex il-kunsilli lokali ma jibqgħux responsabbli għax-xogħlijiet fit-toroq meta dawn kellhom ikunu responsabbiltà tal-kunsilli lokali.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-kunsilli lokali għandhom jingħataw il-fondi biex isiru studji dwar l-impatti soċjali dwar il-lokalitajiet; minkejja li din l-inizjattiva kienet introdotta l-ebda kunsill lokali ma ngħata din l-għajnuna. Hawn 40 lokalità li ffirmaw il-Patt tas-Sindki biex jitnaqqsu l-emissjonijiet sal-2020, spjega Robert Cutajar, li appella biex issir l-implimentazzjoni ta’ dawn il-Patt. Hu qal li l-PN qed jipproponi diversi proposti ambjentali bl-involviment tal-kunsilli lokali u aktar spazji miftuħa.

Robert Cutajar appella lill-kunsilli lokali biex jiddeċiedu dejjem fl-interess tar-residenti irrispettivament mir-rabtiet politiċi tagħhom.