Lokali Parlament

Jeħtieġ riforma fil-kunsilli lokali, l-arti u l-kultura

Karl Gouder, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella biex fil-kunsilli lokali, fl-arti u fil-kultura jsiru riformi meħtieġa.

Fil-parlament Karl Gouder tkellem dwar il-kultura u qal li llum hawn ħafna artisti li jgħixu minn fuq l-arti; dan hu element tajjeb ħafna iżda issa dawk l-artisti li għaddew minn perjodu diffiċli minħabba l-panemija issa jridu jkunu mgħejjuna biex jerġgħu jiddeċiedu li jgħixu mill-arti.

Minbarra dan il-pajjiż għandu jinkoraġixxi artisti ġodda biex jagħżlu din it-triq. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-fondi allokati għall-kultura u l-arti jmorru għand l-artisti għaliex ħafna minn dawn il-fondi qed jinteqfu fuq pagi u mhux b’mod dirett fuq l-artisti.

Hu qal li waħda mill-ikbar problemi hi li fil-pajjiż m’hawn biżżejjed spazji kreattivi. Jeħtieġ pjan nazzjonali biex jinkoraġixxi iktar nies jipparteċipax fl-arti u fil-kultura. Dan il-pjan għandu jinkludi lit-tfal, sostna Karl Gouder, li appella biex tinqata’ l-burokrazija fil-konfront ta’ artisti li jkunu jridu jiftħu postijiet fejn jesebixxu.

Jeħtieġ li l-pajjiż ikollu infrastruttra kulturali b’saħħitha li tkun mifruxa f’diversti lokalitajiet. Hu applla wkoll biex isir post fejn l-iskulturi jiffnalizza ix-xogħlijiet artistiċi tagħhom.

Karl Gouder tkellem dwar il-kunsilli lokali u qal li l-kunsilli qed jiddgħajfu minħabba li l-gvern għandu policy li jnaqqas il-poteri u l-fondi lill-kunsilli. Hu qal li fil-baġit il-gvern ma qalx xejn dwar il-kunsilli lokali. Infrastructure Malta llum mhix tikkonsulta mal-kunsilli lokali dwar ix-xogħlijiet fil-lokalitajiet bil-konsegwenza li qed jinħolqu problemi kbar għar-residenti.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex il-kunsilli lokali jingħataw iktar responsabbiltajiet u biex ikunu introdotti l-Pulizija tal-Komunità fil-lokalitajiet. Fil-LESA hemm problemi kbar fejn mhux biss m’hemmx komunikazzjoni mal-kunsilli lokali iżda f’ċertu lokalitajiet bħal San Ġiljan, il-gwardjani qed jibqgħu jibqgħu jagħtu ċ-ċitazzjonijiet anki fejn il-kunsilli lokali jkunu ħolqu spazji ta’ parkeġġ. Quddiem din is-sitwazzjoni l-kunsilli lokali ma jistgħu jagħmlu xejn.

Karl Gouder tkellem dar it-toroq u qal li Infrastructure Malta kellha ssolvi l-problemi kollha fit-toroq Maltin iżda fil-fatt l-ammont ta’ toroq li saru huma biss frazzjoni ta’ dak li ġie mwiegħed.

L-allokazzjoni tal-kunsilli lokali b’mod ġenerali żdiedu b’€1 miljun iżda fir-realtà l-kunsilli lokali se jkollhom iżidu l-ispejjeż tagħhom anki għax il-gvern qed jinissti fuq impenji. Dan meta fir-realtà l-gvern ta żieda ta’ €14,000 fis-sena lill-kunsilli. Jeħtieġ li jsiru riformi sħiħa fil-kunsilli lokali fuq prinċipji li hemm qbil fuqhom.