Sport Waterpolo

Jeremy Abela se jissieħeb ma’ Pescara Nuoto

L-attakkant ta’ Neptunes, Jeremy Abela se jissieħeb ma’ Pescara Nuoto fl-Italja. Abela kien wieħed mill-players ewlenin ta’ Neptunes fl-aħħar stapuni, bid-deċiżjoni tiegħu li jħalli pajjiżna u jmur jilgħab fl-Italja żgur li se tkun deċiżjoni tajba biex ikompli jiżviluppa t-talent tiegħu.

Abela se jkun player ieħor tal-waterpolo li jħalli pajjiżna biex jkompli l-karriera tiegħu barra minn xtutna hekk kif il-player Mark Castillo wkoll se jkun qed ikompli l-karriera tiegħu Pro Recco.