Jeħtieġ li issa mill-kliem ngħaddu għall-fatti. Issa, bħala pajjiż, irridu nagħmlu minn kollox biex nieħdu ħsieb l-ambjent tagħna.
Dan intqal waqt il-konferenza Nazzjonali dwar it-tibdil fil-klima fejn kien hemm aċċenn ghall-fatt li l-politika tkun minsuġa b’mod li twettaq l-ambizzjoni li nħarsu l-ambjent tagħna u li niżguraw li t-tibdil fil-klima ma jibqax iseħħ b’din ir-rata.
L-appell tal-kelliema kien sabiex bħala pajjiż ikollna strateġija magħmulha minn esperti fejn anki l-politika mfassla tkun waħda ta’ appoġġ għal din il-kawża.
Fl-aħħar xhur u ġimgħat il-PN nieda għadd ta’ proposti ambjentali …u kien strumentali li jinħoloq il-grupp PN Greens: ‘working group’ dwar l-ambjent u t-tibdil fil-klima. Dan apparti l-fatt li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista flimkien mal-KNŻ, permezz ta’ mozzjoni, kienet iddikjarata emerġenza klimatika f’pajjiżna.
Fil-proposti tiegħu l-PN qed jiżgura li l-ambjent Malti jkun imħares, jitnaqqas it-tniġġis u li Malta tkun qed tilħaq il-miri għat-tibdil fil-klima.
Fost l-oħrajn…Partit Nazzjonalista fil-Gvern se jkun qed jaħdem biex tingħata aktar għajnuna lil dawk li jridu jixtru karozzi elettriċi, u għandu l-mira li Malta jkollha nofs il-vetturi f’pajjiżna jaħdmu bl-elettriku sal-2030. PN fil-Gvern għandu l-għan li vetturi tat-trasport pubbliku sal-2025, jkunu jaħdmu bl-elettriku, u b’hekk ukoll jitnaqqas it-tniġġis fil-qalba tal-lokalitajiet Maltin.
Fl-aħħar ġimgħat il-PN preżenta anke għadd ta’ proposti biex il-binjiet tagħna, speċjalment l-iskejjel jintużaw b’mod aħjar, fejn fuq il-bjut ikunu installati l-panelli tax-xemx.
Il-Partit Nazzjonalista tella’ ukoll Konferenza Nazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima sabiex din il-materja tant importanti għall-futur tagħna titqiegħed fuq l-aġenda nazzjonali.
//= $special ?>