Internazzjonali

Madwar seba’ persuni nqatlu u 140 midruba wara kolp ta’ stat mill-militar fis-Sudan

Minn tal-anqas seba’ persuni nqatlu u 140 persuna oħra ndarbu wara li l-forzi armati ħatfu b’forza t-tmexxija fis-Sudan.

Is-suldati fetħu n-nar fuq numru ta’ demostranti li nizlu fit-toroq sabiex jipprotestaw kontra l-kolp ta’ stat li faqqa’ kmieni it-Tnejn filgħodu fil-pajjiz. Dan hekk kif il-Prim Ministru tal-pajjiz Abdallah Hamdok u membri tal-Gvern Sudaniż ġew mahtufa minn darhom stess minn diversi persuni armati.

Fil-pajjiz gie dikjarat stat ta’ emergenza fi sfond ta’ kriżi politika kbira fil-pajjiż, illi waslet biex sahansitra jigi xolt il-Kunsill li jmexxi l-Gvern.

Dan il-kolp ta’ stat ġie kkundannat minn diversi pajjiżi madwar id-dinja filwaqt li pajjizi oħra fosthom l-Istati Uniti waqqfu l-għajnuna finanzjarja.