Futbol Sport

Malta b’rebħa storika fuq l-Azerbaijan

Azerbaijan………………1

Malta……………………….2

Azerbaijan: A. Sharifova; Z. Mahsimova, A. Ahmadova, M. Mollayeva, A. Dorofeeva, N. Mirzaliyeva, V. Seyfatdinova, A. Aliyeva (P. Bozdag 75′), B. Su Koyun (D. Mammadova 60′), N. Parlak, K. Bakarandze

Malta: P. Ebejer; C. Zammit, S. Farrugia, E. Lipman, A. Said, N. Sciberras (A. Sultana 64′), S. Zammit, D. Theuma (E. Xuereb 76′), R. Cuschieri, B. Borg (J. Flask 88′), M. Farrugia

Referee: R. Molnar

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa kiseb rebħa storika f’partita mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja meta għeleb lill-Azerbaijan 2-1 f’Baku. B’din ir-rebħa Malta issa għandha erba’ punti fil-klassifika wara li l-players Maltin kisbu wkoll draw kontra l-Bosnija x-xahar li għadda.

Il-Maltin kienu l-aħjar tim matul il-partita iżda kien fit-tieni taqsima li skorjaw darbtejn. It-tim Malti fetaħ l-iskor fit-58 minuta meta wara li Brenda Borg twaqqgħet fil-kaxxa mill-goalkeeper tal-Azerbaijan, kienet Dorianne Theuma li mill-ħdax-il metru ma żbaljatx. Malta aċċertaw mir-rebħa lejn it-tmiem meta kienet Emma Xuereb li mill-viċin ma’ żbaljatx. L-Azerbaijan wettqu reazzjoni u lejn it-tmiem għamluhom 2-1 permezz ta’ Vusala Seyfatdinova.