Futbol Sport

Ole Gunnar Solskjaer mistenni jibqa’ coach ta’ Manchester United

(Ritratt: EPA)

Il-coach Norveġiż, Ole Gunnar Solskjaer mistenni jibqa’ coach ta’ Manchester United wara t-telfa ta’ 5-0 kontra Liverpool fi tmiem il-ġimgħa.

Jidher li d-diriġenza tal-klabb ħasset fejn minkejja li r-riżultat kien wieħed diżappuntanti, il-klabb għandu jħares il-quddiem lejn il-partita li jmiss, dik kontra Tottenham hekk kif Manchester United fl-aħħar erba’ partiti kisbu biss punt.

Rapporti fl-Italja, qalu li Manchester United għamlu kuntatt mal-eks coach ta’ Chelsea Antonio Conte, fejn jidher li l-coach Taljan kien lest li jaċċetta l-offerta ta’ Manchester United.