Ekonomija Lokali

“Qed issir inġustizzja kbira mat-tfal tagħna” – PN

L-aħbar li 5,000 tifel u tifla f’pajjiżna m’għandomx kompjuter jew laptop biex jistudjaw hija waħda allarmanti li qed tkompli tikkontribwixxi għal ingustizzja kbira.

Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni u Sport Clyde Puli, il-Partit Nazzjonalista qal li din l-aħbar tkompli tikxef in-nuqqas t’azzjoni mill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jindirizza problemi serji fis-sistema edukattiva fosthom d-digital divide u r-rati għoljin ta’ early school leavers.  Dawn in-nuqqasijiet mħux jagħmluha possibli li uliedna jirnexxu lkoll u se jkompli jżid il-faqar fis-soċjetá tagħna.

Il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jtenni l-wegħda tiegħu li jipprovdi tablet jew laptop mhux biss lill-istudenti tal-iskola primarja imma wkoll lit-tfal kollha tal-middle schools u tas-sekondarja.