Futbol Sport

Rebħa għal Milan, Salernitana jirbħu għat-tieni darba

(Ritratt: EPA)

Milan kisbu rebħa oħra importanti u momentarjament qabżu fil-quċċata tal-klassifika bi 28 punt meta f’San Siro għelbu lil Torino 1-0. Il-gowl deċiżiv f’din il-partita kien skorjat fl-14-il minuta permezz ta’ Olivier Giroud. Minkejja l-pressjoni ta’ Torino, Milan baqgħu jiddefendu r-riżultat sat-tmiem biex aċċertaw minn rebħa importanti.

Salernitana kisbu t-tieni rebħa tagħhom dan l-istaġun meta għelbu lil Venezia 2-1. Kien Mattia Aramu li fetaħ l-iskor għal Venezia wara 14-il minuta. Salernitana bdew ir-rimonta tagħhom fit-tieni taqsima meta l-ewwel kien Federico Bonazzoli li ġab l-iskor indaqs. Ethan Ampadu tkeċċa għal Venezia fis-67 minuta. Il-gowl tar-rebħa għal Salernitana wasal fil-95 minuta permezz ta’ Andrea Schiavone.

Spezia u Genoa temmew fi draw ta’ 1-1. Kien awto-gowl ta’ Salvatore Sirigu li poġġa lil Spezia fil-vantaġġ biex mbgħad kien penalty ta’ Domenico Criscito erba’ minuti mit-tmiem li ġab l-iskor indaqs.

SERIE A
Illum:
Spezia v Genoa 1-1, Venezia v Salernitana 1-2, Milan v Torino 1-0 Għada: Juventus v Sassuolo 6.30pm, Sampdoria v Atalanta 6.30pm, Udinese v Verona 6.30pm, Cagliari v Roma 8.45pm, Empoli v Inter 8.45pm, Lazio v Fiorentina 8.45pm Il-Ħamis: Napoli v Bologna 8.45pm