Sport Sport Ieħor

Sue Abela u Mauro Anastasi f’tournament internazzjonali

Il-bowlers Maltin Sue Abela u Mauro Anastasi se jkunu qed jirrapreżentaw lill-pajjiżna fil-European Bowling Federation Championship of Champions li se jsiru fil-Greċja. Il-Maltin se jkunu qed jilagħbu 16-il partita kull wieħed, bl-aqwa 16-il bowler raġel u l-aqwa 16-il bowler mara se jkunu qed jilagħbu fit-tieni round biex jiddetermina min se jkun qed jilgħab il-Ħadd.

Anastasi se jkun qed jilgħab l-ewwel sett ta’ 8 għada fl-10.00am filwaqt li Abela se tkun qed tilgħab wara nofsinhar. Il-bowlers Maltin qed ikunu akkumpanjati mill-coach Rick Vogelesang.