Internazzjonali Lokali

Tħassib dwar in-nomina ta’ Manuel Mallia bħala Kummissarju Għoli fir-Renju Unit

L-Uffiċċju għall-Affarijiet Barranin fir-Renju Unit għandu tħassib dwar in-nomina tal-eks ministru Manuel Mallia bħala Kummissarju Għoli Malti fir-Renju Unit. Dan it-tħassib twassal lill-Gvern Laburista li nnomina lil Mallia f’Awwissu li għadda. Għalkemm ġie nominat f’Awwissu, l-ittra tal-approvazzjoni biex Mallia jassumi din il-kariga għadha ma ħarġitx. Din hija sitwazzjoni rari ħafna hekk kif il-predeċessuri ta’ Mallia, Joe Cole u l-preżentatur Norman Hamilton, kienu nħarrġu b’din l-ittra mingħajr ebda problemi.

Din l-informazzjoni ħaġet fl-aħħar sigħat mis-sit tal-MaltaToday li talbu għal kumment mill-uffiċċju għall-affarijiet barranin Ingliż il-ġimgħa li għaddiet u li s’issa għadhom mingħajr tweġiba. Dan filwaqt li l-Kummissjoni Għolja għal Malta fir-Renju Unit ma kkummentatx dwar kwistjonijiet ta’ arranġamenti bħal dawn jew aħjar dwar l-ittra ta’ approvazzjoni.

Filwaqt li Mallia mhux qiegħed f’Londra, l-eks koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin immexxi minn Evarist Bartolo, Daniel Attard inħatar deputat kummissarju għoli f’Londra. Mallia huwa eks Ministru tal-Labour li dan l-aħħar hedded li jiftaħ libell kontra l-eks kap tal-kunsill tal-kotba Mark Camilleri talli akkużah li kien involut fil-kuntrabandu tal-fjuwil u ħasil tal-flus. Manuel Mallia ċaħad dawn l-allegazzjonijiet.