Lokali

Traffiku enormi fl-inħawi tar-Rabat u l-Imtarfa minħabba nuqqas ta’ ppjanar

It-traffiku enormi fl-inħawi tar-Rabat u l-Imtarfa minħabba nuqqas ta’ ppjanar qed iwassal għal ħafna frustrazzjoni b’mod speċjali mill-ġenituri tat-tfal tal-iskola li qed jispiċċaw jistennew lit-tfal tagħhom jaslu d-dar wara l-4pm minflok għall-ħabta tas-2:30pm.

Persuni li tkellmu ma dan is-sit qalu li bħalissa sar impossibbli li tidħol fl-Imtarfa u din is-sitwazzjoni qed tirrepeti ruħha b’mod konsistenti.

L-għeluq tat-toroq tal-madwar qed isir mingħajr ebda avviż bil-konsegwenza li ħadd ma jkun jaf li m’għandux jgħaddi minn dawn it-toroq. Dan meta n-nuqqas ta’ ppjanar qed iwassal biex is-sewwieqa jsibu ma wiċċhom toroq li jiġi ‘one way’ mil-lum għal għada.

Jidher li dan it-taħwid fit-toroq qed isir mingħajr ebda konsultazzjoni mar-residenti tal-madwar.