Internazzjonali

Xi Jinping mhux se jattendi għas-summit tal-G20 f’Ruma

Il-President ta-Ċina, Xi Jinping, mhux se jattendi ‘personalment’ għas-summit tal-G20 ( l-aktar pajjiżi industrijalizzati tad-dinja) skont rapporti mis-sorsi f’Beijing. Is-summit se jsir bejn nhar is-Sibt u l-Ħadd f’Ruma u f’dan il-każ Xi Jinping mistenni jkun irrappreżentat mill-Ministru tiegħu għall-Affarijiet Barranin Wanga Yi . Mhux eskluż, intant, li l-President Ċiniż jagħti xorta waħda kontribut għal dan is-summit bil-mezzi remoti.

Minbarra Xi Jinping, hu diġà kkonfermat li l-President tar-Russja, Vladimir Putin; il-Prim Ministru Ġappuniż Fumio Kishida u l-President tal-Messiku, Andres Manuel Lopez Obrador ukoll mhumiex se jkunu preżenti għas-summit.

Intant, mhumiex se jkunu kompromessi ċ-ċansijiet għal progress waqt is-summit li se jikkonċentra l-aktar fuq il-bidliet fil-klima u l-effetti tal-pandemija tal-Covid-19. Hu ittamat, intant, li s-summit jinforza għarfien mill-mexxejja dwar il-ħtieġa li l-fenomenu tal-global warming ikun limitat għal 1.5 gradi Celsius.