Lokali Qorti

Żewġ subien jinżammu arrestati fuq allegat serq ta’ karozzi, pjanċi u flus

Żewġ subien inżammu taħt arrest preventiv wara li ġew mixlija li quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke li serqu erba’ karozzi, għamlu ħsara fuqhom, li serqu pjanċi tal-karozzi u flus kontanti fost affarijiet oħra. Bejniethom huma ġew mixlijin bi 23 akkuża.

Hekk kif is-subien ta’ 14 u 15-il sena rispettivament kienu se jittieħdu fit-Taqsima tal-Young Offender’s Unit, dak ta’ 14-il sena li huwa mill-Mosta, qal lill-uffiċjal tal-Pulizija li kien se jimmanettjah, huwa qallu, “ħallini ta’ għax inkisser l-awla.”

Ma saritx talba fil-konfront tiegħu mill-Avukat tal-Għajnuna Legali Leontin Calleja għall-pleġġ filwaqt li l-Avukat David Gatt li deher għat-tifel ta’ 15-il sena li huwa mill-Mosta, għamel it-talba tiegħu peress li qal, li dan kien biss passiġġier f’karozza Isuzu misruqa, u għaldaqatant kien fil-post ħażin fil-ħin ħażin.

It-tifel minn Ħal Safi kien akkumpanjat mill-ġenituri tiegħu filwaqt li l-Mosta kien akkumpanjat minn nannuh. Preżenti fl-awla tal-Qorti kien hemm ukoll uffiċjal tal-probation u social worker.

L-allegati reati saru fil-bidu ta’ Ottubru ta’ dan ix-xahar u bejn it-22 u l-24 ta’ l-istess xahar. Allegatament sar reat ukoll minn wieħed mis-subien f’Awwissu li għadda. Sadanittant is-serq ta’ żewġ karozzi minnhom sar matul il-lejl tal-weekend li għadda minn Birkirkara u Marsaskala, filwaqt li bejn il-Ġimgħa u-Sibt allegatament serqu karozza minn San Pawl il-Baħar. It-tifel ta’ 14-il sena waħdu ġie mixli wkoll li fit-12 ta’ Awwissu seraq karozza minn Naxxar.

Huma ġew akkużati wkoll li fl-istess jiem serqu żewġ pjanċi minn Tal-Pietà u li dawn intużaw fuq karozza oħra. Ġew mixlija wkoll li għamlu ħsara fuq numru ta’ karozzi, li minn Marsakala serqu flus kontanti, ċavetta ta’ karozza u li serqu wkoll ċavetta ta’ karozza minn Ħaż-Żebbuġ.Huma ġew mixlija wkoll li kellhom ukoll turnavit u li offendew persuna.

It-tifel ta’ 15-il sena ġie akkużat ukoll li saq karozza bla liċenzja u li kien kompliċi ma’ sieħu fis-serq ta’ mobile. It-tifel ta’ 14-il sena ġie mixli wkoll li seraq mobile, li f’Birkirkara fi Ġnien Beatu ħebb għall-persuna, li heddu b’arma li hija turnavit 

Huwa ġie mixli wkoll li saq bla liċenzja f’diversi bnadi u mingħajr polza ta’ assigurazzjoni u li saq bi traskuraġni filwaqt li t-tifel Mosti ġie mixli wkll li kkommetta reat waqt il-perjodu operattiv ta’ Ordni ta’ Probation u li sar reċidiv. Saret talba wkoll biex tinħareġ ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-persuna li allegatament ġie aggredit.

L-Avukat David Gatt fit-talba tiegħu li għamel għall-ħelsien mill-arrest għal persuna minn Ħal Safi qal li l-klijent tiegħu għandu kondotta nadifa u talab lill-Ispettur Christabelle Chetcuti biex titla’ fuq il-pedana tax-xhieda biex jagħmilha xi domandi, dan ukoll fid-dawl li hija opponiet bil-qawwa kollha għall-pleġġ u dan minħabba l-biża ta’ kontaminazzjoni tal-provi u l-fatt li għad iridu jixhdu l-vittmi fil-każ.

“Naqblu li l-akkużat instab passiġier f’karozza Isuzu?”, staqsa l-avukat li ma’ ammettiex, l-akkużi, bl-Ispettur twieġeb fl-affermattiv, iżda qalet li meta s-subien ġew arrestati u saret it-tfittxija kellhom ħafna dokumenti ta’ nes oħra, u li dawn qablu ma rapporti ta’ individwi li nseterqulhom oġġetti mill-karozzi tagħhom.

Qalet li kien hemm affarijiet fil-‘wallet’ taż-żagħżugħ ta’ 15-il sena u li ma saritx tfittixja fid-dar tiegħu. L-Ispettur Chetcuti qalet li l-Mosti kkopera bis-sħiħ u bis-saħħa tiegħu rkupraw vetturi u anke baskett misruq minn Marsaskala u ħadhom fil-post fejn tefgħuh u dan ġie rkuprat. L-Avukat David Gatt, li l-klijent għażel kif kellu d-dritt jagħmel li ma jweġibx. Irrikorra għad-dritt sagrosant mill-liġi.