Coronavirus Lokali

Covid-19: 15-il każ ġdid; ifiqu 19

15-il każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 19-il persuna.

Hekk ħabbar il-Ministeru tas-Saħħa l-Erbgħa waranofsinhar fuq il-paġna tas-saħħa fuq Facebook .. sabiex b’hekk il-każi attivi issa niżel għal 218.

L-ammont ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei għall-COVID-19 issa niżel għal 11 filwaqt li għad baqa’ 4 pazjenti fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, skont l-awtoritajiet tas-saħħa, ħadd ma tilef ħajtu bil-virus biex b’hekk il-fatalitajiet tal-pandmeija baqgħu 460.

Fl-aħħar 24 siegħa ngħataw madwar 1,877 doża tal-vaċċin, b’1,213 jkunu dożi tal-booster.