Lokali

Dubji dwar kif il-Gvern Malti qed jonfoq il-budget mogħti mill-UE

Ma jistax ikun li biex issir ġustizzja u jittieħdu l-passi neċessarji kontra l-kriminalità nixħtu x-xogħol kollu fuq il-ġurnalisti investigattivi – ma jistax ikun li minn 2,200 rapport li rċieva l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tnejn biss kienu minn Malta.

Sostniet dan il-Prosekutur Ewlieni Laura Kovesi waqt li indirizzat konferenza tal-aħbarijiet f’Dar l-Ewropa fil-Belt Valletta  fejn spjegat li xogħol l-uffiċċju taghha, li twaqqaf madwar 5 xhur ilu, huwa li jinvestiga reati kriminali relatati ma frodi u abbuż ta’ fondi pubbliċi.

B’mod mill-aktar ċar u tond, Kovesi saħqet li għandha d-dubji tagħha jekk il-budget Ewropew ta’ aktar minn €300 miljun li ingħata lill-Gvern Malti intużax kif suppost.

I don’t think that Malta it’s a clean country when we speak about how they spend the EU money.

Kovesi saħqet li ma temminx li hawn pajjiżi nodfa fejn għandu x’jaqsam partikolarment frodi finanzjarji u insistiet li dawn it-tip ta’ reati sfortunatament f’pajjiżna fl-aħħar snin qed jiġu tollerati, u mhux jiġu rrapportati.

Dan filwaqt li spjegat li minkejja li l-Gvern Malti ma jirrapportax..ma jfissirx li m’hawnx kriminalità.

Hija sostniet li l-idea biex jitwaqqaf dan l-ufficcju ma kienetx biex jiġu investigati reati frivoli iżda biex tiġi investigata u mrażżna l-kriminalità organizzata.

Il-Prosekutur Ewropew Laura Kovesi spjegat li tkellmet ma’ diversi Awtoritajiet Maltin fosthom l-Awditur Ġenerali, l-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat Ġenerali u l-FIAU…iżda meta staqsiethom min huwa responsabbli għall-investigazzjoni dwar abbuż minn fondi Ewropej Kovesi stqarret li dawn farfru fuq xulxin.

Intant f’intervista ma’ Net News, Laura Kovesi spjegat li hija perplessa kif l-ufficcju taghha mhux qed iwettaq investigazzjoni waħda f’Malta…daqslikieku m’hawnx kriminalità – minkejja li l-investigazzjonijiet barra minn xtutna juru mod ieħor.

“When I refer to Malta I took into consideration the information that we have in other member states. We identified connections with Malta and the European Delegate Prosecutors from the other member states already asked the European Delegate Prosecutors in Malta to collect evidence regarding companies, persons and crimes that were committed…proof that in Malta there are connections with Malta…proof that there is criminality in Malta.”

Hija qalet li kulħadd huwa ugwali quddiem il-liġi u tittama li l-awtoritajiet Maltin issa mill-kliem jimxu għal fatti.