Budget 2022 Lokali Parlament

€434,804 f’nefqa mill-Gvern fuq riklami għall-Budget

Il-Gvern nefaq €434,804 fuq reklami għall-baġit li għadu kif ippreżenta l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana fil-parlament.

Dan kien konfermat mill-Ministru tal-Finanzi meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.

Jirriżulta li f’loġistika l-gvern nefaq €206,067, fid-disinn, media u stampar kien hemm nefqa ta’ €94,663 waqt li fid-distribuzzjoni l-Gvern nefaq €138,073.