- Karl Gouder, Deputat Nazzjonalista
Karl Gouder, Deputat Nazzjonalista, tkellem dwar il-community Policing u qal li din hi xi ħaġa pożittiva ħafna. L-Oppożizzjoni kienet ilha għal snin twal titkellem dwar l-importanza tal-Community Policing. Il-Community Policing għandu jwassal biex il-komunitajiet ta’ madwarna jkunu aktar siguri.
Hu importanti li dan il-kunċett ikompli jikber u jespandi filwaqt li l-Community Policing m’għandhux jieħu post l-Għases tal-Pulizija. L-Għases tal-Pulizija għandhom jibqgħu miftuħa f’kull belt u raħal f’pajjiżna u l-Gven għandu jagħmel impenn biex ma jkun hawn l-ebda Għassa tal-Pulizija li tibqa’ tinżamm magħluqa.
Karl Gouder tkellem ukoll dwar il-problema tal-infurzar; il-kwistjoni tal-LESA. Sa ftit tas-snin ilu l-Gwardjani Lokali kienu jaqgħu taħt il-Kunsilli Lokali li kellhom id-dritt li jieħdu d-deċiżjonijiet skont kif tippermettilhom il-liġi u wkoll jinfurzaw dawk il-liġijiet.
Dik is-sistema kienet indrat u ħafna drabi r-residenti kienu draw li jekk ikollhom xi lment, allura l-ewwel post li jirrikorru għalih kien proprju l-Kunsilli Lokali.
Kull meta jkun hemm problema l-Kunsilli Lokali kienu jibagħtu lill-Gwardjani Lokali u hekk il-problema kienet tkun indirizzata fi ftit tal-ħin.
Issa l-Gvern iċċentralizza l-Gwardjani Lokali u dan hu għal kollox l-oppost ta’ dak li temmen l-Oppożizzjoni li temmen bis-sħiħ fil-poter deċentralizzati. Issa għandna sistema li qed tfalli bis-sekondi għaliex kollox hu ċentralizzat.
Issa jekk Kunsill Lokali jkollu bżonn ta’ xi infurzar, dan jispiċċa jmur jokrob għand il-LESA li min-naħa tagħha għandha bżonn ta’ aktar riżorsi umani.
Is-sitwazzjoni attwali hi inaċċettabbli sal-punt li qed ibatu r-residenti fid-diversi lokalitajiet. Illum hawn sitwazzjoni fejn xi ħadd ikun qed jikser il-liġi, ir-residenti jkunu qed ibatu.. iżda jibqa’ ma jiġri xejn għaliex il-Gwardjani Lokali saru xi ħaġa rari.
Karl Gouder qal li jekk il-Gvern tassew li jrid jagħmel differenza pożittiva favur l-ambjent, allura jrid jibda billi jintroduċi l-Green Wardens. Ma tagħmel sens xejn li jekk Kunsill Lokali jkun irid is-servizz ta’ xi Green Warden, allura jkollu jħallas ħafna u ħafna flus.
Ġejna fis-sitwazzjoni redikola li fir-rigward tal-problema serja tal-parkeġġ, il-Kunsilli Lokali ma humiex jitħallew jaħdmu kif jixtiequ għaliex fl-istess toroq jintbagħtu l-Gwardjani Lokali u dawn jispiċċaw jagħtu ċ-ċitazzjonijiet!
//= $special ?>