Lokali

Il-Gzejjer Maltin milquta minn maltemp

Dak illi huwa magħruf bħala Medicane – jew ċiklun li jolqot il-Mediterran – huwa mbassar li se jolqot lil xtutna fis-sigħat ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis.

L-aħħar sigħat kienu kkaratterizzati minn baħar imqalleb

Huma bosta s-siti meterejoloġiċi, inkluż dak tal-Ajruport Internazzjonali,li qed iwissu dwar din il-maltempata.

Ir-riħ li matul il-ġurnata tal-Erbgħa kien wieħed qawwi mill-Grieg il-Lvant kien imbassar li jitla għal forza tmienja fis-sigħat ta’ bil-lejl bejn l-Erbgħa u l-Ħamis – bil-previżjoni tat-temp għal pajjiżna għall-Ħamis tkun ta’ maltempati bir-ragħad.

Jidher li x-xita se tkun mifruxa, bit-tbassir jindika li se tinzel medja ta’ 100mm fuq perjodu ta’ 48 siegħa. Dan jista’ jikkawza gharghar f’xi inhawi.

Minkejja l-ħafna ilmijiet li nġabru f’diversi żoni u s-sriebet ta’ karozzi li ffurmaw b’ħafna toroq, Net News jista’ jikkonferma li l-maltemp ma kkawza ebda inċidenti maġġuri.

L-uniku inċident filfatt seħħ fi Triq il-Marfa il-Ħamis filghaxija. Fih kienu involuti raġel ta’ 55 sena u mara ta’ 54 sena, it-tnejn residenti r-Rabat Għawdex, illi sofrew ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’habta fil-limiti tal-Mellieħa.

Il-Maltemp li qed jolqot il-gżejjer Maltin jidher li huwa l-istess wieħed li qed jolqot diversi pajjiżi fil-baħar Mediterran… inkluż Tuneż u Sqallija.

Dan it-temp għandu jibda jbatti ftit il-Ġimgħa u s-Sibt biex imbagħad il-Ħadd mistennija tirritorna x-xemx minn wara s-sħab… u bil-probabilità tax-xita għal dakinhar tinżel għal 25%.

Iż-żona ta’ Chadwick Lakes qed timtela bl-ilma tax-xita