Sa minn kmieni filgħodu t-toroq maġġuri f’pajjiżna qed jerġgħu jispiċċaw miżgħuda b’konġestjonijiet ta’ traffiku liema bħalhom – fejn diversi ħaddiema jispiċċaw ikollhom jaħsbu siegħa u nofs qabel sabiex jaslu fil-post tax-xogħol tagħhom.
Jum wara l-ieħor, bosta jħabbtu wiċċhom ma’ sriebet twal ta’ karozzi inkluż f’zoni fejn fl-aħħar jiem il-Gvern tal-Labour ippoppa sidru jaqta’ ż-żigarelli biex jagħti x’jifhem li solva l-problema ta’ traffiku – madanakollu r-realtà kulħadd qed jgħixa; traffiku qawwi fl-inħawi tal-Barrani fiż-Żejtun u Ħal Tarxien, vetturi kważi bumper ma’ bumper f’Raħal Ġdid, il-Marsa u Santa Venera – l-istess fi Triq il-Kosta u Triq tal-Balal fid-direzzjoni ta’ San Ġwann.
Fl-ahhar jiem, bosta saħqu maghna li sfortunatament, minkejja li t-toroq Maltin kienu ħadu nifs waqt li diversi impjegati kienu qed jaħdmu fuq is-sistema ta’ teleworking …il-Gvern tal-Labour bħal donnu ma tgħallimx. U minkejja d-diskors frivolu s-sitwazzjoni għadha l-istess.
Diversi persuni li għamlu kuntatt ma’ Net News sostnew li jinsabu ferm iddiżappuntati li minkejja l-wegħdiet kollha ta’ dan il-Gvern kollox għadu kif kien u appellaw sabiex it-tmexxija ta’ Robert Abela issib soluzzjonijiet immedjati – lil’hinn mit-tqaċit ta’ siġar, twessiegħ ta’ toroq u flyovers.
L-Erbgħa filgħodu dan l-istazzjon stqasa lill-Ministru Ian Borg, responsabbli mit-toroq, jekk għandux soluzzjoni tanġibbli ghat-traffiku. U din kienet it-twegiba.
Matul id-diskors tal-budget, il-Ministru Clyde Caruana ħabbar li minn hawn u sena oħra is-servizz tal-linja se jkun b’xejn għal min ikollu t-tallinja card – madanakollu l-Gvern tal-Labour ma offra ebda pjan dwar kif se jkun qiegħed jimplimenta din il-weghda.
Dan hekk kif bosta saħqu li l-bus stops għandhom jiġu rranġati b’mod adegwat kif ukoll insistew li preżentament tal-linja diġà qed tkun mballata bin-nies u għaldaqstant xorta waħda mhux qed jitħajru jħallu l-karozza d-dar…
Iżda Ian Borg soluzzjoni għal dan kollu għad m’għandux …u qed jghid biss li “se jahdem”.
//= $special ?>