Lokali Parlament

Il-PL tilef l-iskop li għalih twaqqaf

Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal fil-parlamanet li l-PL tilef l-iskop li għalih twaqqaf.

Ivan Bartolo tkellem dwar l-iżviluppi li saru fl-FSWS u qal li jeħtieġ li jiżdied l-ammont ta’ persuni li jagħżlu x-xogħol soċjali bħala karriera. Hu kkrtika l-fatt li fid-Dipartiment tatd-Djar hemm bies erba’ ħaddiema soċjali .

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-faqar li jeżisti meta l-bniedem qed ibiddel ix-xogħol mal-ħin tal-familja minħabba esiġenzi finanzjarji. Hu appella għal iktar edukazzjoni fit-tqassim tal-flus u enfażizza l-importanza tat-taħriġ. Il-gvern qed jipproduċi soċjetà ta’ persuni imdejqin, sostna Ivan Bartolo, li appella biex il-PL jerġa’ jmur għall-prinċipji oriġinali tiegħi meta twaqqaf.

Ivan Bartolo kompla li fil-pajjiż qed tinħoloq inġustizzja u sostna li jekk mhux se jittieħdu l-azzjonijiet, se jkun hawn diżastru uman. Hu qal li din is-sistema twieldet ir-raba’ sular taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista; sistema li qed iżomm lin-nies fil-faqar. Dawn huma soluzzjonijiet li ma jwasslu imkien.

Il-PN hu mpenjat favur soċjetà ġusta, sosna Ivan Bartolo, li appella biex Malta tara tama u viżjoni differenti.