Ambjent Lokali

Il-proġett ta’ provvista elettrika”Ship to Shore” b’fondi Ewropej għandu jitwettaq bla dewmien

“L-aħħar studju li sar fuq l-arja fil-Port il-Kbir huwa allarmanti ħafna, bil-piżijiet u riperkussjonijiet inġorruhom aħna r-residenti għal għomorna. Nittamaw li issa, illum qabel għada, il-proġett b’fondi Ewropej li tħabbar xhur ilu ma jdumx ma jibda jaħdem”.

Sostna dan James Aaron Ellul, kandidat għall-elezzjoni f’isem il-Partit Nazzjonalista fuq l-1 Distrett. Hu qal li fl-aħħar snin bħala politiku li ġej mill-inħawi tal-Port, tkellem fuq diversi fora u saret pressjoni biex nibdew nirrealizzaw li l-emissjonijiet huma ta’ periklu.

Kompla li l-politika tal-Partit Nazzjonalista qed timmira biex it-tniġġis jitnaqqas, iżda jeħtieġ ukoll li bħala poplu flimkien inħarsu din il-problema