Lokali Mużika

Imnedija l-akkademja tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta

Dalgħodu ġiet imnedija l-akkademja tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

Din l-akkademja hija intiża biex toffri spazju biex jitrawwmu mużiċisti żgħażagħ. L-akkademja se tkun qed titmexxa minn tliet għalliema u 7 membri part-time tal-Orkestra Filarmonika.

Din se tkun qed tindirizza il-vojt li jeżisti f’dan il-qasam. Din l-iniżjattiva se tkun possibbli bl-għanjnuna ta’ fondi mill-European Foundation For Support of Culture (EFSC).

Din l-akkademja se tiżviluppa l-curriculum intież biex jgħin studenti mużiċisti żgħazagħ Maltin jitrawmu b’mod serju u jikkompetu ma’ pajjiżi Ewropej fil-qasam mużikali.

Kostantin Ishkhanov, President tal-EFSC, tkellem dwar kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni u l-Orkestra Filarmonika li tmur lura ħafna snin u li issa qed timmira li tgħin fl-iżvilupp ta’ abbiltajiet mużiakli ta’ mużiċisti żgħażagħ Maltin.

L-iskop mhuwiex li din l-akkademja tipproduċi massa ta’ mużiċisti, imma li tiffoka fuq it-trawwim ta’ artisti ta’ kwalità li jilħqu l-livelli ta’ dawk tal-Orkestra ta’ Berlin fost l-oħrajn.