Lokali Parlament

Is-soċjetà falliet lil min jeħtieġ l-għajnuna soċjali

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li s-soċjetà qed tfalli lil ħafna nies u spjegat kif 70% taż-żgħażagħ qed jgħidu li ma jixtiequx jibqgħu jgħixu f’Malta. Hi kkritikat id-dejn li dejjem tiela’ fil-pajjiż u staqsiet min se jikkontribwixxi għad-dejn tal-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-Gvern għadu ma inawgura l-ebda binja ġdida u l-gvern għadu qed jaqta’ l-frott ta’ dak li wettaq gvern Nazzjonalista. Il-flus m’humiex is-soluzzjoni waħdanija għaliex l-għajnuna soċjali toħloq dipendenza. Fis-settur taż-żgħażagħ irid ikun stabbilit li dawn ikunu parti mis-soluzzjoni; in-nies għandhom jingħataw il-mobilità soċjali.

Hi semmiet it-taxxa fuq is-sahra u enfażizzat l-importanza li jkunu indirizzati l-ħtiġijiet bażiċi. Irid ikun ikkunsidrat li fil-pajjiż hawn 5,000 tifel u tifla li m’għandhomx aċċess għall-kompjuter bil-konsegwenza li dawn qed ikunu żvantaġġjati. Dan filwaqt li 40% tal-persuni b’diżabilità jsostnu li għandhom bżonn għajnuna. Problema oħra hi l-burokrazija biex il-persuni jaċċessaw is-servizzi.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali qed jinvesti iktar flus fil-prevenzjoni u t-trattament ta’ dawk li għandhom problema ta’ droga waqt li l-Ministeru ta’ Owen Bonnici qed jintroduċi liġi dwar il-kannabis. Hi sostneit li l-Gvern m’għamlix studju kif meħtieġ fuq il-liġi tal-kannabis.

Claudette Buttigieg appellat biex isir studju dwar l-effetti ta’ din il-liġi tal-kannabis u kompliet li fil-pajjiż hawn problemi fil-ħiliet u fl-edukazzjoni fejn hemm impjiegi f’diversi setturi iżda m’hawnx żgħażagħ imħarrġa biżżejjed għalihom.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li ammont ta’ nisa romol u divorzjati llum huma fqar għaliex fil-proċess spiċċaw b’xejn. Din hi realtà tat-twerwir, sostniet Claudette Buttigieg li kompliet li koppji anzjani jinabu f’xifer il-faqar għaliex il-mara m’għandhiex il-pensjoni.

Claudette Buttigieg tkellmet dwar ommijiet separati li ma jistgħux iżidu s-siegħat tax-xogħol minħabba li jridu jieħdu ħsieb it-tfal u qalet li l-PN qed jipproponi diversi soluzzjonijiet fosthom li l-gap ikun idnirizzat billi jiżdiedu il-perjodu tas-snin jew tkun indirizzata t-treshold.

Il-PN qed jipproponi wkoll proposti dwar il-flessibbiltà l-work life balance biex dawn il-persuni jkunu indirizzati b’mod differenti. Jeħtieġ ikun indirizzat il-mod il-persuni jkolhom aċċess għall-benefiċċji; hemm pajjiżi li jużaw sistemi ta’ punti dwar ir-realtajiet differenti li għandom il-familji.

Id-deputat Nazzjonalista sostniet li l-Professur Andew Azzopardi għamel 100 porposti għal dan is-settur li fosthom tratta l-importanza ta’ tmexxija iktar professjonali fis-settur soċjali, il-frammentazzjoni tas-servizzi, in-nuqqasijiet fil-apgi tal-persuni li jaħdmu f’dan is-settur, l-ambjent, il-kummissjoni ta’ salvagwardja tal-Knisja l-impenn tal-Univeristà, miżuri favur il-ħarsien tat-tfal u l-faqar u l-esklużjoni soċjali.