Lokali Parlament

Jeħtieġ gvern wieħed għall-ġid tat-tfal

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius insista li s-settur soċjali jeħtieġ gvern wieħed għall-ġid tat-tfal.

Fil-parlament David Agius tkellem dwar id-drititjiet tat-tfal u qal li trid tispiċċa l-frammentazzjoni ministerjali f’dan is-settur. Hu kompla li hawn tfal li m’humiex imorru l-iskola minħabba li għandhom bżonnijiet partikoalri; wieħed minnhom minħabba li l-gvern ma jipprovdix infermier fl-iskola tal-Mosta.

David Agius kompla li l-gvern m’hu jagħmel xejn dwar dawn il-każi u sostna li s-CDAU għandha titwaqqa’ u tinbena mill-ġdid. Hemm listi ta’ stennija f’diversi każi li jmorru lura għal anki għal sena u nofs.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm każ mad-Dipartiment td-Djar, li biex saret kamra tal-banju kien hemm dewmien ta’ tliet snin; u dan biex minn €8,000 jingħataw €1,000. Hu appella biex il-Kummissarju tat-Tfal ikun effettiv u ppropona li l-Kummissjoni tat-Tfal u s-CRPD ma jibqgħu taħt il-ministeru iżda jmorru taħt ir-responsabbiltà tal-parlament.

Għaddiet sena u t-tifla Arsema għadha mitlufa u l-pulizija għandha anki videos tagħha; din tinsab Manchester iżda l-ġenituri tagħha m’humiex informati dwarha.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li r-rapporti dwar it-tfal jew jiswew €2,000 lill-ġenituri iżda l-gvern m’hu jgħin xejn. It-terapisti wkoll għandhom ikunu mgħejjuna, sostna David Agius, li kompla li fadal ħafna x’isir fil-fostering u fl-addozzjoni.