Lokali

Konferma li l-proċess tal-għażla ta’ Manuel Mallia għadu għaddej

Il-proċess biex l-eks Ministru Manuel Mallia jinħatar Kummissarju Għoli Malti fir-Renju Unit għadu għaddej.

Dan ikkonfermah l-Uffiċċju tal-Kummissjoni Għolja Ingliża għal Malta, f’risposta għall-istorja ppubblikata minn NET News dwar it-tħassib li għad hemm dwar in-nomina tal-eks Ministru Laburista.

Fil-fatt, fl-email tiegħu, il-Kelliem tal-Kummissjoni Għolja Ingliża qal biss li t-talba tal-Gvern Malti għadha qed tiġi pproċessata.

Seba’ snin ilu, fid-19 ta’ Novembru 2014, ix-xufier ta’ Manuel Mallia kien involut fi sparatura fuq persuna li laqtet il-karozza tal-Ministru. Iżda madwar sagħtejn wara l-każ, il-Gvern kien ħareġ stqarrija jgħid li l-każ kien sempliċiment wieħed ta’ hit and run.

Barra minhekk, Manuel Mallia kien involut ukoll fl-iskandlu li żamm nofs miljun taħt is-saqqu.