Futbol Sport

Barcelona jkeċċu lill-coach Ronald Koeman

(Ritratt: EPA)

Barcelona keċċew lill-coach Ronald Koeman wara t-telfa li l-klabb sofra kontra Rayo Vallecano. Koeman kien ilu coach ta’ Barcelona għall-erbatax -il xahar. Dan l-istaġun Barcelona kisbu biss 15-il punt minn 10 partiti.

Barcelona sofrew ukoll żewġ telfiet fil-partiti mill-fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League. Il-coach Olandiż affaċċja problemi finanzjari, hekk kif il-club neħħa lill-attakkant Arġentin Lionel Messi. Barcelona matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf akkwista lil Memphis Depay, Sergio Aguero u Eric Garcia.

Fost il-favoriti li jieħdu post Koeman huwa l-leġġenda tal-club ta’ Barcelona Xavi li fil-preżent huwa l-coach ta’ Al Sadd fil-Qatar. Din kienet l-ewwel darba sa mill-1987 li Barcelona kellhom tliet partiti fejn ma rnexxielhomx jiskurjaw barra minn darhom.