Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis kienu reġistrati 15-il każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess żmien 13-il persuna kienu meqjusa bħala li fiequ. Għaldaqstant, il-każi attivi issa telgħu għal 220.
In-numru ta’ persuni rikoverati l-Isptar b’sintomi tal-Covid-19 huma 11, b’erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar 24 siegħa, skont l-awtoritajiet tas-saħħa, ħadd ma tilef ħajtu bil-virus biex b’hekk il-fatalitajiet tal-pandmeija baqgħu 460.
Sal-bieraħ ingħataw 48,676 doża tal-booster tal-vaċċin.
//= $special ?>