Futbol Sport

Devis Mangia jsejjaħ skwadra ta’ 30 player

(Ritratt: MFA)

Il-coach tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia sejjaħ skwadra ta’ 30 player għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni li t-tim Malti se jkun qed jilgħab kontra l-Kroazja u l-Islovakkja fil-11 u l-14 ta’ Novembru li ġej f’Ta’ Qali.

Mangia għamel numru ta’ tibdiliet mill-iskwadra msejħa għall-aħħar waqfa internazzjonali fejn fost l-oħra sejjaħ lura lill-players ta’ Hibernians Andrei Agius u Bjorn Cristensen. Mangia sejjaħ ukoll lill-goalkeeper ta’ San Ġwann Cain Formosa, lid-difensur ta’ Valletta Jean Borg kif ukoll lill-players ta’ Ħamrun Spartans Juan Corbolan u Matthew Guilaumier.

Wara tmien partiti, it-tim Malti għandu ħames punti, fejn fost l-oħrajn kiseb draw kontra l-Islovakkja u rebħa kontra u draw kontra Ċipru.

L-iskwadra msejħa:

GOALKEEPERS 
Henry Bonello (Ħamrun Spartans FC); Cain Formosa (San Gwann FC); Jake Galea (Balzan FC); Matthew Grech (Pembroke Athleta FC) 

DIFENSURI
Andrei Agius (Hibernians); Jean Borg (Valletta FC); James Brown (St. Johnstone FC), Triston Caruana (Valletta FC); Karl Micallef (Ħamrun Spartans FC); Zach Muscat (Casa Pia); Enrico Pepe (BirkirkaraFC); Kurt Shaw (Sliema Wanderers FC) 

MIDFIELDERS 
Cain Attard (Birkirkara FC); Ryan Camenzuli (Floriana FC); Juan Carlos Corbolan (Ħamrun Spartans FC); Matthew Guillaumier (Hamrun Spartans FC); Bjorn Kristensen (Hibernians FC); Adam Magri Overend (Floriana FC); Joseph Essien Mbong (Ħamrun Spartans FC); Steven Pisani (Gżira United FC); Nevin Portelli (Gżira United FC); Teddy Teuma (R.U. Saint Gilloise); Dunstan Vella (Hibernians FC)

ATTAKKANTI
Jurgen Degabriele (Hibernians FC); Shaun Dimech (Valletta FC); Luke Gambin (Ħamrun Spartans FC); Jake Grech (Hibernians FC); Paul Mbong (Birkirkara FC); Luke Montebello (Birkirkara FC); Alexander Satariano (Frosinone Calcio)