Lokali

Diversi nies jilmentaw li qed iqattgħu sigħat maqbuda fit-traffiku

Diversi sewwieqa qed jilmentaw kontinwament ma’ Net News minħabba li qed iqattgħu diversi sigħat maqbuda fit-traffiku.

Din is-sitwazzjoni tidher li qed tiżviluppa ta’ kulħadd, f’diversi naħat ta’ Malta u f’diversi ħinijiet tal-ġurnata… sitwazzjoni li qed taffettwa anke lit-tfal tal-iskola li qed jispiċċaw idumu ħinijiet twal sakemm ma jaslu lura d-dar.

Dan filwaqt li diversi ħaddiema kif ukoll studenti Universitarji qed ikollu jitilqu kmieni ħafna mid-dar biex ikunu jistgħu jaslu fil-ħin lejn id-destinazzjoni tagħhom.

Minbarra d-diversi telefonati u messaġġi li qed jirċievi dan is-sit, wieħed ma jistax ma jinnutax il-kummenti fuq il-midja soċjali… kummenti ta’ nies li juru diżappunt għal wegħdi tal-Gvern.