Lokali Qorti

Fl-inħawi fejn kien hemm iż-żagħżugħ mixli li qatel erba’ Flamingos kien hemm kaċċatur ieħor

Surġent li mar fuq il-post qal li meta għall-ħabta tas-7.30am tat-2 ta’ Ottubru li għadda  kien infurmat li kienu nqatlu erba’ Flamingos fejn ta’ Fra Ben fil-Qawra, huwa osserva vann Mitsubishi blue li kien ipparkjat faċċata tal-baħar. Dan kelle senter f’idu u kelb riekeb fuq wara tal-karozza.

Is-Surġent Christopher Debrincat qal li kienu marru ftit wara tal-ALE u l-Pulizija tad-Distrett u tenna li l-persuna li kien fil-vann ma kienx preżenti fil-Qorti imma kien qed jagħraf lill-akkużat Miguel Zammit, ta’ 23 sena mill-Gżira, li rah fl-inħawi b’żaqqu barra. Zammit qed jiġi mixli bil-qtil ta’ erba’ għasafar protetti.

Ix-xhud qal li l-akkużat rah taġt it-torri u li lil dan kien qed jagħrfu li kien preżenti fl-awla. Fuq mistoqsija tal-Avukat Alex Miruzzi li qed jidher għall-akkużat, ix-xhud ikkonferma li s-senter tal-kaċċatur li kien fil-vann kien barra mill-pocket u li l-arma kienet fuq ħoġru.

Wara x-xhieda tas-Surġent Debrincat il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Elliott Magro qalet li ma baqaliex aktax xhieda xi tressaq u għaldaqstant kienet qed tagħlaq il-provi tagħha. L-Avukat Miruzzi talab biex fis-seduta li jmiss li hija għat-23 ta’ Novembru fin-12.30pm huwa jagħmel il-kontro-eżami kemm lill-Ispetturi kif ukoll xi xhieda oħra minn naħa tal-Pulizija.

Bħala reat għall-ewwel darba, kif inhu dak il-każ, jekk l-akkużat jinstab ħati ta’ sparar fuq l-għasafar protetti, l-piena tistaż tvarja bejn multa ta’ €5,000 sa sena ħabs, kif ukoll it-telf tal-liċenzja tas-senter. Is-suspettat kien qal lill-pulizija li kien qed jimmira lejn papra li qatt ma rnexxielu jirkupra mill-baħar.

Huwa qed jiċħad kategorikament li spara fuq l-għasafar protetti, li kienu qed itiru fid-direzzjoni  tal-Mellieħa. Huwa kien inqabad u ġie arrestat wara li xhud qal li ra b’għajnejn erba’ flamingos  jitwaqqgħui mill-akkużat wara diversi sparaturi.