Kummerċ Lokali

Gvern Nazzjonalista se jgħin biex ikun hemm tisħiħ tan-negozji

L-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom n-negozji kemm fuq skala lokali kif ukoll dik Ewropea jridu jiġu indirizzati.

Dan ħareġ waqt il-konferenza annawali tal-Malta Business Bereau, fejn ingħatat ħarsa anki lejn dak kollu li jagħmilna Ewropej…. fil-preżenza ta’ eks Kummissarji tal-Unjoni Ewropea.

Għal din il-konferenza kien hemm preżenti wkoll il-kelliem ewlieni tal-PN Peter Agius illi ma’ Net News spjega mhux biss il-punti diskussi, iżda wkoll il-viżjoni tal-PN biex Malta tkun aktar parti mal-Ewreopa, u kif PN fil-Gvern se jkun qed jaħdem biex jgħin lin-negozji.

Il-proposti li ħabbar il-PN huma dawn:

  1. Jitwaqqaf fond nazzjonali ta’ 40 miljun biex jindirizza spejjeż marbuta mal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti.
  2. Isir investiment neċessarju f’intermodal hub internazzjonali strateġiku u ħolistiku li jgħaqqad il-merkanzija trasportata b’modi differenti minn u lejn pajjiżna.
  3. Jiġi inċentivat investiment fi pjattaformi diġitali komuni u aċċessibbli permezz ta’ Application Programming Interfaces għall-persuni kollha kkonċernati.
  4. Tiżdied l-aċċessibiltà għal prodotti u għas-servizzi Għawdxin għal Maltin u viċi versa.
  5. Jissaħħaħ l-infrastruttura lokali sabiex prodotti mixtrija mill-konsumatur Malti b’mod diġitali jaslu għandu bl-aktar mod effettiv u faċli.

25 anniversarju tal-Malta Business Bereau

Is-suċċess tal-Malta Business Bereau kien iċċelebrat tul din il-konferenza, fejn din is-sena din l-entita għalqet 25 sena.

Fid-diskors tagħha l-President tal-Business Bureau Alison Mizzi qalet li minkejja l-isfidi huma se jibqgħu impenjati għall-avvanz tal-kumpaniji lokali, li jgawdu minn aċċess tas-suq uniku Ewropew b’ħafna opportunitajiet kummerċjali u potenzjal biex jespandu n-negozju tagħhom.