Il-CONMEBOL li hija l-organizzazzjoni governattiva tal-futbol fl-Amerika t’Isfel, qalet li ma taqbilx mal-proposta li t-Tazza tad-Dinja ssir kull sentejn. Il-CONMEBOL qalet li m’hemm l-ebda benefiċċju jew ġustifikazzjoni sabiex issir din il-bidla.
L-għaxar pajjiżi li jiffurmaw parti mill-CONMEBOL qalet li mhumiex se jkunu qed jikkompetu jekk it-Tazza tad-Dinja ssir kull sentejn. Il-FIFA se tkun qed iżomm summit f’Diċembru li ġej fejn il-President Gianni Infantino se jkun qed jittama li jilħaq ftehim biex it-Tazza tad-Dinja tibda ssir kull sentejn.
Numru ta’ assoċjazzjonijiet u anke players ħarġu kontra din il-proposta hekk kif bosta qed jisħqu li din il-proposta tmur kontra t-tradizzjoni tal-futbol.
//= $special ?>