Bħalissa Repubblika qed tagħmel protesta paċifika f’konformita’ sħiħa mal-liġi quddiem il-kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Kif taf, id-drittijiet t’espressjoni u ta’ assoċjazzjoni huma drittijiet umani fundamentali.
F’ittra miktuba lill-Prim Ministru Robert Abela, Repubblika sostniet li għalkemm ja jaqblux f’kollox, għandna naqblu li d-dritt ta’ xi ħadd li jesprimi opinjoni sfavorevoli dwar l-amministrazzjoni pubblika għandu jkun rispettat u protett mill-awtoritajiet.
Repubblika saħqet li l-mod kif One Tv, l-istazzjon tal-partit li Robert Abela hu mexxej tiegħu, qed jirraporta l-protesta ta’ Repubblika mhux biss huwa ostili u kattiv, iżda qed isir “rappuutaġġ” u “kummentarju” giddieb, qarrieq, u mimli mibgħeda. Minflok protesta b’għanijiet demokratiċi u fir-rispett tal-liġi u tal-Kostituzzjoni, min qed jipprotesta qed jitpenġa bħala parti minn konġura tal-establishment biex jinsteraq il-poter.
“One Tv hu tal-Partit Laburista, jiġifieri tal-partit li jmexxi l-gvern li għandu d-dmir iħares bi kliemu b’egħmilu li jipproteġi d-dritt ta’ kulħadd li jipprotesta kif, meta u dwar xiex jidhirlu fil-limiti tal-liġi.”
Repubblika esprimiet li bħala Prim Ministru u bħala Mexxej tal-Partit Laburista u għandu l-poter – huwa fid-dmir tiegħu – li ma jħallix li One TV ikebbes mibgħeda kontra min qed jipprotesta u jkun ta’ skuża għal min irid u lest iwettaq il-vjlenża.
Reppublika fakkret lil Robert Abela li bħala Prim Ministru għandu jaġixxi u jintervjeni ma’ one TV. “Kull darba li ma tagħmilx hekk ikollna nikkonkludu li One TV jaġixxu fuq l-istrtruzzjonijiet, anke jekk taċiti tiegħek. Din is-sitwazzjoni ġġib fix-xejn id-diskors kollu tiegħek dwar riformi b’risq is-saltna tad-dritt u d-demokrazija. Minflok, qed issaltan bil-mibgħeda, ir-rabja, u l-biża’.”
Reppublika tenniet li jittamaw li jaraw azzjoni immedjata u denja ta’ Prim Ministru ta’ pajjiż demokratiku u ċivili.
//= $special ?>