- Joseph Ellis, Deputat Nazzjonalista
Joseph Ellis, Deputat Nazzjonalista beda biex qal li qatt daqs illum ma jiftakar lill-Qrati f’sitwazzjoni daqstant ħażina u mwiegħra.
Sellem lill-Avukati Għawdxi li ħadu pożizzjoni komuni biex jieqfu mix-xogħol tagħhom għaliex ma setgħux jibqgħu jaħdmu f’istituzzjoni bla ħaddiema u fejn l-affarijiet fil-Qorti ta’ Għawdex kienu qed imorru minn ħażin għall-agħar.
Il-qagħda fil-Qorti ta’ Għawdex bdiet sejra lura wara li twaqqfet l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati. Il-qagħda fil-Qorti ta’ Għawdex ħadet daqqa ta’ ħarta kbira minn meta l-Qorti ta’ Għawdex ma baqax jaqa’ taħt id-Dekasteru ta’ Għawdex u d-deċiżjonijiet bdew jittieħdu minn Malta.
Hu qal li kif jista’ jkun li jispiċċa Assistent Reġistratur u minfloku jinħatar wieħed sentejn u nofs wara.
Hu qal li fil-pajjiż hawn problema kbira li ċerti persuni jirtiraw għal xi raġuni jew oħra, iżda minfokhom ma jinħatar ħadd jew jekk issir xi ħatra ddum ħafna biex issir u tidħol fis-seħħ.
Joseph Ellis qal li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati għandha tagħti rendikont għad-deċiżjonijiet li qed tieħu u mhux ikun hemm ħaddiema li jispiċċaw jitolbu transfers għal istituzzjonijiet oħrajn u dan meta dawn in-nies ikunu bdew jiggwadanjaw xi ftit tal-esperjenza.
Joseph Ellis qal li s-settur tal-Ġustizzja f’Malta għaddej minn martirju sħiħ u l-istess ħaġa f’Għawdex fejn is-sitwazzjoni hi waħda inaċċettabbli.
Tkellem dwar il-bini ta’ Qorti f’Għawdex u qal li sa issa l-Gvern għadu ma għamel xejn konkret. Hemm bżonn li jinstab bini ġdid li jkun jirrifletti ż-żminijiet tal-lum. B’dak li qed jagħmel il-Gvern, sia f’Malta u sai f’Għawdex, il-Gvern qiegħed biss iraqqa’ l-pannu bil-qargħa aħmar.
Dwar in-nuqqas ta’ ħaddiema li jservu fil-Qrati tal-Ġustizzja, Joseph Ellis qal lis-sitwazzjoni saret waħda tat-tħassib fil-veru sens tal-kelma b’membri tal-Ġudikaturi jispiċċaw iġorru l-files tagħhom minn kamra għall-oħra. Mhux biss, iżda qed jinħatru membri tal-Ġudikatura u dawn anqas biss ikollhom assenjati magħhom il-ħaddiema li jkollhom bżonn.
//= $special ?>