Internazzjonali

L-ewwel passaport Amerikan immarkat ‘X’

L-Istati Uniti għadha kemm ħarġet l-ewwel passaport bis-sess immarkat bl-ittra ‘X’… biex b’hekk qed jagħtu d-dritt li persuna la tqis lilha nnifisha bħala mara u lanqas raġel.

Dan il-passaport sar għal Dana Zzyym ta’ 63 sena… bil-mira tkun li jgħin lill-ġenerazzjonijiet futuri biex ikunu rikonoxxuti skont kif iħossuhom.

Zzyym qal li persuni bħalu mhumiex problematiċi, iżda huma umani bħal kull persuna oħra.

Zzyym twieled b’karatteristiċi sesswali ambigwi iżda trabba mill-ġenituri bħala tifel. Minkejja numru ta’ operazzjonijiet li għamel, dawn ma kienux biżżejjed biex jidher kompletament raġel. U llum iħossu li ma jappartjeni lill-ebda sess.