Meta dak li ġie mwiegħed jitwettaq, tiġi kkunsidrata wkoll il-possibbilità li l-Avukati li jipprattikaw u jidhru quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex jerġgħu jibdew jattendu għas-seduti li jinżammu fil-Qorti t’Għawdex.
Dan intqal fi stqarrija mill-Kunsill tal-Kamra – ‘Avukati Għawdex’ fejn qalu li fil-25 ta’ Ottubru kellhom laqgħa mal-Ministru Edward Zammit Lewis fejn fiha elenkaw għal darb’oħra il-problemi li hemm fil-Qorti t’Għawdex, fosthom, marixxall għall-Qorti t’Għawdex, l-imħallef għal Għawdex, aktar staff fil-Qorti t’Għawdex u kif ukoll il-possibbiltà ta’ binja ġdida tal-Qorti f’Għawdex.
Fl-aħħar jiem, l-avukati ta’ Għawdex talbu biex ikun hemm il-bini ta’ Qorti ġdid f’Għawdex… proposta li preżenta l-PN u beda l-proċess fl-2012… iżda għal darb’oħra ġiet imwarrba fil-budget 2022.
//= $special ?>