It-tim tal-futsal ta’ Luxol kiseb rebħa importanti ta’ 3-2 fuq it-tim Żvediż ta’ Hammarby fit-tieni partita mir-rawnd prinċipali tal-UEFA Champions Leauge, tournament li qed jintlagħab f’pajjiżna.
Din ir-rebħa waslet wara li Luxol tilfu l-ewwel partita tagħhom nhar l-Erbgħa. Il-gowl ta’ Luxol kienu skorjati permezz ta’ awto-gowl ta’ Almendra Cifuentes, Hebberth Bolt u Jean Costa. Nhar is-Sibt, Luxol jilagħbu l-aħħar partita tagħhom f’dan il-grupp u dik deċiżiva kontra Rekord Bielsa.
Għal din il-partita jagħtu l-appoġġ lit-tim ta’ Luxol kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kif ukoll id-deputati Robert Cutajar u Clyde Puli.
//= $special ?>