Għawdex Lokali

“Partit Nazzjonalista li jemmen f’Għawdex” – PN

Illum niċċelebraw Jum Għawdex. Ġurnata speċjali għalina l-Ġħawdxin. Assoċċjata ma’ ġrajja storika meta bħala wlied din il-Gżira, l-antenati tagħna ngħaqdu biex ħadu lura r-riedni tat-tmexxija ta Gżiritna. Kontra kull avversitá.

Ġrajja li tissimbolizza karattru u identitá ta poplu. Imwielda u magħġuna mill-fatt li Għawdex hi gżira għaliha. Maqtugħa minn Malta. Għaldaqstant distinta.

“F’okkażżjoni bħal din, għandna nieqfu u nirriflettu. Fuq ir-reżiljenza u d-determinazzjoni ta’ dawk li ġew qabilna u forsi iktar importanti, fuq ir-responsabbilita’ li għandna aħna, illum. Sabiex niddeterminaw il-futur ta Gżiritna u tagħna l-Għawdxin.”

Kien dan li ntqal minn stqarrija maħruġa mill-Kellem għal Għawdex, Chris Said f’isem il-Partit Nazzjonalista fejn kompla jgħid li ladarba nħossu l-ħtieġa li għandna niċċelebraw il-kisba ta iktar awtonomija, nifhem li dan nagħmluh għax hu għal dan il-għan li naspiraw bħala Għawdxin. Biex id-deċiżjonijiet li jolqtuna mill-viċin, ikollna l-awtoritá li neħduhom aħna, f’Għawdex stess.

U biex dan isir, għandna bżonn ta’ struttura politika li tippermetti li dan ikun jista jsir. U għalhekk qed nipproponu struttura politika reġjonali. Li tirrifletti d-dimensjoni reġjonali ta Għawdex tagħna. Li tpoġġi lil Għawdxi fit-tmun tad-direzzjoni li nixtiequ li nieħdu. Għax nemmnu li b’hekk nistgħu niggarantixxu l-aħjar ġejjieni. Għax tabilħaqq nemmnu fl-Għawdxin.