Internazzjonali

Preżentat il-budget ta’ irkupru mill-COVID-19 għar-Renju Unit

Il-Ministru tal-Finanzi Brittaniku ppreżenta l-Budget għall-irkupru ekonomiku wara l-COVID-19, b’enfasi fuq is-servizzi pubbliċi u l-wiegħda li l-finanzi jmorru lura għal kif kienu qabel il-pandemija.

Il-Gvern Ingliż qal li l-budget qed jiffoka fuq l-investiment u biex ikun hemm ekonomija innovattiva. Dan se jwasasl biex l-infieq tal-Gvern jiżdied bi 3.8% kull sena sal-2025.

Madanakollu, il-pajjiż qed jistenna li t-tkabbir tal-GDP jinżel għall 6% fl-2022 u l-inflazzjoni titla’ għal kważi 5% is-sena d-dieħla.