Internazzjonali

‘Red alert’ minħabba l-maltemp fuq Sqallija

Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, il-maltemp li bhalissa qed jiksi partijiet shah ta’ Sqallija…mistenni jilhaq il-qawwa ta’ Ċiklun Tropikali. Partikolarment fuq Katanja, fejn ix-xita u l-gharghar diga’ hallew devastazzjoni shiha.

Ghall-Ġimgħa, l-awtoritajiet hargu red alert ghal diversi zoni tar-Regjun Sqalli. Bil-maltemp mistenni jestendi wkoll sar-regjun tal-Kalabrija fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla.

Tul il-jum tal-Ħamis, l-iskejjel kollha u l-hwienet f’Katanja inzammu maghluqin. Dan filwaqt li r-rih kompla jitqawwa. B’riżultat ta’ dan, it-toroq f’diversi zoni jinsabu kollha mgħerqa.

Skont il-media Taljana, dan ic-ciklun rari mistenni jġib miegħu riħ b’saħħa ta’ 100 kilometru fis-siegħa. Kien ghalhekk illi l-awtoritajiet Taljani ħeġġew lin-nies biex ma joħorġux minn djarhom ħlief f’każi ta’ emerġenza.

Apparti r-rih b’qawwa ta’ riefnu, ic-ciklu se jgib mieghu kwantita’ kbira ta’ xita, li mistennija terga’ tohloq gharghar devastanti f’diversi zoni anke ‘l barra minn Katanja.

S’issa dan il-maltemp ħalla diġa’ tliet vittmi fil-gżira ġara tagħna – bil-katavru tal-aħħar vittma, li kienet għadha rappurtata nieqsa, jinstab kmieni l-Ġimgħa filgħodu.

Intant, huwa mistenni sal-Ħadd dan il-maltemp qalil jimxi minn fuq Sqallija.