Lokali

“Robert Abela għandu jagħmel apoloġija”

L-għaqda Occupy Justice fi stqarrija kkundannat l-attakki li saru lbieraħ fuq l-istazzjon Laburista mill-preżentatur Karl Stagno Navarra, fejn hu “inċita mibegħda” kontra dawk li bħalissa qed jipprotestaw quddiem id-Depot tal-Pulizija.

Il-protesta fil-fatt bdiet din il-ġimgħa, minħabba n-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija fil-konfront tad-deputat Konrad Mizzi – li qed jibqa’ jaħrab l-iskrutinju Parlamentari tal-PAC.

Occupy Justice qalu li l-Labour għandu jikkundanna d-diskors li sar ilbieraħ minn Stagno Navarra, filwaqt li l-Prim Ministru għandu jagħmel apoloġija.

Din mhix l-ewwel darba li l-media tal-PL intużat b’dan il-mod, tant li l-eks attivist Laburista Mark Camilleri kien sejjaħ l-istazzjonijiet One bħala “skip taż-żibel”.