Futbol Sport

Sergi Barjuan mistenni jinħatar coach interim ta’ Barcelona

Sergi Barjua li huwa l-coach ta’ Barcelona B, mistenni jinħata bħala l-coach interim ta’ Barcelona wara li Ronald Koeman tkeċċa minn coach tat-tim wara t-telfa li Barcelona sofrew kontra Rayo Vallecano.

Rapporti fil-midja Spanjola qed jgħidu, li Barcelona jridu lil-leġġenda tat-tim Katalan Xavi bħala coach permanenti. Xavi bħalissa jinsab fl-Arabja Sawdita jmexxi lit-tim ta’ Al Saad fejn għad irid jintlaħaq ftehim mal-klabb biex hu jinħall mill-kuntratt.

Barcelona jixtiequ li l-coach il-ġdid imexxi lit-tim fil-partita mill-UEFA Champions League li se jilagħbu l-ġimgħa d-dieħla kontra Dyanmo Kiev.