Lokali

Talba għall-għajnuna biex is-Serb li miet f’inċident bil-mutur jittieħed lura pajjiżu

Il-komunità Serba f’pajjiżna qed jiġbru l-flus biex jgħinu lill-familja tas-Serb, Nićivojević Đorđe ta’ 53 sena li tilef ħajtu traġikament nhar it-Tnejn l-għadda fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan għall-ħabta tal-5:15 ta’ filgħaxija.

Il-vittma kien qed isuq mutur meta għal xi raġuni tilef il-kontroll, waqa’ u ġarrab ġrieħi sejri. Minkejja l-ewwel għajnuna li ngħata minn tim mediku, ftit wara li ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei b’ambulanza ġie ċċertifikat mejjet.

Sfortunatament, biex il-katavru jittieħed lura s-Serbja jfisser spiża li l-familja ma taffordjax. B’hekk, qed issir it-talba għall-għajnuna. Wieħed jista’ jgħin billi jibgħat id-donazzjonijiet tiegħu fuq 9936 4868 lil Branislava Branka Petrovic.